21 ta' Settembru 2012
Jum l-Indipendenza

Eżatt bħal lum 48 sena ilu, kelli xi għaxar snin. Niftakkar li ħaduna ma’ ta l-iskola, tal-primarja, l-arena ta’ l-Indipendenza fil-Furjana, bil-bnadar ta’ Malta f’idejna biex inxejruhom. Kienu tawna borża ħelu, li dabet kollha. Jekk niftakkar sew, kien kemm il- banda ta’ R.M.A ( Royal Malta Artilery) li missieri kien iddoqq magħha u kelli seba’ mitt sena sakemm jgħaddu minn quddiemna. Kien hemm numru ta’ tfal oħra li għamlu z-zfin u l-akrobaziji w wara jiffurmaw il-kelma: MALTA INDIPENDENTI.
Għalkemm għadda daż-żmien kollu imma l-memorja tibqa hemm. Imma llum li gurnata li kbirt u qrajt ftit mill-istorja ta’ Malta nista nifhem x’kienet tfisser l-indipendenza ta’ Malta.
Malta ilha abitata minn madwar 5200 QK u din iċ-ċiviltà preistorika baqgħet teżisti fil-gżejjer Maltin. Fiż-żminijiet bikrin, f'Malta kienu jgħixu diversi komunitajiet u dan iż-żmien hu msejjaħ preistoriku. Meta ġew il-Feniċi semmew lill-gżira prinċipali Malat, li jfisser irmiġġ sikur. L-alfabett tal-Feniċi xtered malajr u n-nies bdew jitkellmu bil-Feniċju u iktar tard bil-Puniku. Fl-400 QK il-Gżejjer Maltin wara waqgħu taħt il-kontroll tal-Kartaġiniżi u wara saru parti mill-Imperu Ruman fl-218 QK. Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Ir-Rumani kienu jużaw il-Latin u l-Grieg biex jikkomunikaw filwaqt li n-nies Maltin kienu jużaw il-Puniku u għalhekk il-Maltin kienu msejħa 'barbari', jigifieri nies li ma jitkellmux bil-Grieg. Dawn tal-aħħar ġew megħluba minn forza ta' Għarab fis-sena 870. L-Għarab influwenżaw il-lingwa tal-pajjiżna u xerrdu it-twemmin Islamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura. L-Għarab għexu u tħalltu mal-Maltin għal mitejn sena, Fl-1091 il-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, pprova jwaqqaf il-ħakma Normanna f'Malta, u fl-1127 ibnu Ruġġieru II ta' Sqallija irnexxielu. Minn hawn beda t-tmiem tal-influwenza Għarbija u l-Gżejjer baqgħu fl-isfera Ewropea. Malta kienet appendaġġ ta' Sqallija għal 440 sena. Matul dan il-perjodu, Malta kienet mibjugħa lil diversi sidien fewdali u baruni, u kienet dominata suċċessivament mill-ħakkiema ta' bosta territorji Ewropej: Svevja, Akwitanja, Aragona, Kastilja u Spanja. Fl-aħħar Aragona li kienet qed taħkem il-Gżejjer ingħaqdet ma' Kastilja fl-1479, u Malta saret parti mill-Imperu Spanjol. Fl-1530 Karlu V ta l-Gżejjer lil dawn il-Kavallieri. Għall-275 sena, dawn il-famużi Kavallieri ta’ Malta għamlu lill-Gżejjer id-dar tagħhom. Bnew bliet u rħula, palazzi, knejjes, ġonna, u fortifikazzjonijiet. Però, għax ir-raġuni tal-eżistenza tagħhom għebet, is-snin glorjużi tal-Ordni bdew jgħaddu u jintesew, sakemm il-Kavallieri waqgħu f'deklin, kemm militari kif ukoll ekonomiku. Fil-fatt, tant kien deklin qawwi li meta Napuljun wasal f'Malta fl-1798, ħa l-Ordni tal-Gżejjer mingħajr l-ebda oppożizzjoni Il-Maltin irvellaw u l-Franċiżi taħt il-kmand tal-Ġeneral Claude-Henri Belgrand de Vaubois rtiraw fil-Belt Valletta. Wara ħafna fallimenti, il-Maltin iddeċiedew li jitolbu għal assistenza barranija, dik Sqallija (Borbonika) u Ingliża; l-Ammirall Horatio Nelson iddeċieda li kien hemm bżonn imblokk totali, navali u fuq l-art ukoll. Fl-1814, Malta saret parti mill-Imperu Ingliż. Fil-bidu Malta ma tantx ingħatat importanza, iżda l-portijiet eċċellenti tagħha saru assi vitali għall-Ingliżi, speċjalment wara l-ftuħ tal-Kanal ta’ Suez. Malta saret fortizza navali u militari, il-kwartieri navali prinċipali tal-Flotta Ingliża tal-Mediterran. Il-Maltin, però ma tantx kellhom kostituzzjoni liberali u ħafna kienu jbatu l-faqar. Fl-1919 saru rvellijiet minħabba din is-sitwazzjoni prekarja. Dan wasal għall-amministrazzjoni awtonoma tal-Gżejjer. Malta ngħatat sistema b'parlament bikameral, b'Senat (li tneħħa fl-1949), u b'Assemblea Leġiżlattiva eletta, anki jekk il-kostituzzjoni kienet frekwentement tiġi sospiża.
Fil fatt l-ewwel talba għall-indipendenza ta' Malta tmur lura għall-1802 meta l-mexxeja tal-Maltin talbu li jkunu indipendenti kontra l-ftehim ta' Amiens li stabillxa li Malta kella terġa taqa' f'idejn l-Ordni ta' San Gwann. Aktar tard fl-1885, Fortunato Mizzi l-fundatur tal-Partit Nazzjonalista esprima x-xewqa li l-Otto Settembre ssir festa nazzjonali fost l-għajjat “Malta għall-Maltin”. Wara kien Manwel Dimech, li fl-1911 ppubblika l-intenzjoni tiegħu li l-poplu Malti jemancipa u jrodd il-ħelsien psikolġiku, politiku u kostituzzjonali. Imma dawn l-ideali sbieħ kollha ntemmu ħesrem meta fil-31 ta’ Awwissu 1914, ġie arrestat fuq suspett li kien spjun u fuq ordni tal-Gvernatur ta’ Malta, Henry Leslie Rundle ġie eżiljat minn Malta għal dejjem. Kien il- Partit Nazzjonalista bit-tmexxija ta' Nerik Mizzi u Sir Ugo Mifsud li fl-1932 talab li Malta tibda titqies bħala Dominion u għalhekk ssir pajjiż Indipendenti.
Waqt logħba futbol bejn Hajduk Split u Malta li saret fl-istejdjum Nazzjonali il-Gżira, f’Marzu 1945, indaqq l-Innu Nazzjonali Jogoslav u l-Innu Ingliż flok dak Malti. Il-poplu qam jipprotesta u kanta hu l-Innu Malti – il-ġrajja li tfakkarna minn poeżija ta’ Rużar Briffa “U l-Kotra f’daqqa u għajtet ‘Jien Maltija, miskin min ikażbarni, miskin min jidhak bija’ “
Fit-2 ta’ Awwissu 1949, Dom Mintoff ta’ lil Pawlu Boffa abbozz ta’ memorandum biex jigi pprezentat lill Ingliterra fejn kien jgħid li jekk l-Ingliżi ma jagħtux sehem dirett fil-Marshall Aid, kien se jsir referendum Nazzjonali f’Malta biex jaraw jekk il-Maltin ridux jibgħu taħt l-Ingliżi jew le. Mintoff kien poġġa żewġ alternattivi fil-programm elettorali tiegħu jew għaqda ma’ l-Ingliterra (intergration) jew self determination li kienet tfisser l-Indipendenza ta’ Malta. Fir-referendum li sar, il-Knisja kienet kontra, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien ibbojkottja r-referendum, imma l-attentat għall-integration falla minħabba li Mintoff kompla jżid t-talbiet ekonomiċi tiegħu. Għalkemm kwazi vvutaw 45.2% favur l-intergration, il-Gvern Ingliż qal li dan ma kienx xħieda biżżejjed li l-poplu jrid l-intergration. It-taħditiet mal Gvern Ingliż fallew u l-Gvern Laburista jirrizenja f’April ta’ 1957. Min naħa tiegħu Borg Olivier jirrifjuta li jifforma gvern. F’Novembru ta’ 1958, Mintoff kien reġa tela’ Londra fejn talab li Malta tingħata l-indipendenza. F’1962 ġie elett il-Partit Nazzjonalista b’Borg Olivier bħala Prim Ministru ta’ Malta. L-Inglizi issa ħabru 5,000 sensja mit-Tarzna. Għalhekk Borg Olivier tela’ Londra sabiex ma jingħatawx sensji qabel sena u nofs oħra, imma il Gvern Ingliż ma jiċċaqlax. Qabel ma ġie lura Malta Borg Olivier għamel talba formali għall-Indipendenza fi ħdan il-Commonwealth.
Skond il-Profs Henry Frendo l-Indipendenza biddlet ir-rotta tal-istorja ta' Malta. Profs Frendo jisħaq li l-Indipendenza li ġiet fl-1964 kienet indipendenza sostanzjali fejn anka dokumenti Ingliżi tal-Colonial Office jieqfu fil-21 ta' Settembru 1964. Tant kienet b'saħħitha l-Indipendenza li meta fl-1967 l-Ingliżi ma rrispettawx il-ftehim tad-difiża, Borg Olivier kien beda Operation Exit li kienet se twassal għall-għeluq tal-Bażi Militari Ingliża f'Malta. Frendo jisostni li kieku ma kienx hemm Indipendenza la kien ikun hemm ir-Repubblika, lanqas relazzjonijiet ma stati oħra, la Qorti Kostituzzjonali, Bank ċentrali, jew proġetti li ġabu ħafna ġid lil Malta, tant li sal-1969 spiċċat l-emigrazzjoni tal-Maltin.
Minn naħa l-oħra meta Borg Olivier kien qed jiddiskuti l-proposta tal-Indipendenza hu kellu jsib bilanċ bejn front maqsum fejn minn naħa kien hemm partiti bħal ta' Mabel Strickland, Herbert Ganado u Toni Pellegrini li xtaqu jżommu Malta kolonja u Mintoff li ried li jimponi forma ta' indipendenza li l-Ingliżi qatt ma kienu se jaċċettaw. Għalhekk Borg Olivier kellu juża l-ħiliet kollha tiegħu sabiex iġib l-indipendenza mir-Renju Unit billi juri l-maġġoranza tal-Maltin riedu li Malta tkun pajjiż indipendenti. Borg Olivier resaq quddiem il-Parlament l-abbozz ta’ Kostituzzjoni li giet diskussa f’seduta waħda fejn giet iffissata d-data ta 21 ta’ Settembru 1964 biex tingħata l-Indipendenza.
Issa li l-Ingliterra kienet ħelset minn kull piz ekonomiku u finanzjarju li seta’ kellha lejn Malta, s-sensji minn mas-servizzi Ngliżi kienu fil-quċċata tal-problema għal Malta. Tant hu hekk li l-Gvernatur Generali Dorman kien jindaħħal fil-politika lokali u qal li għas-sentejn li ġejjin kienu se jkunu l-agħar – jonqos id-dħul finanzjarju u jizdied il-qgħad.
Borg Olivier kien ijiffrima kif riedet l-Ingilterra, li flimkien mal-għotja tal-kostituzzjoni kellu jkun hemm trattat ta’ difiza u ieħor finanzjarju. L-Ingilterra kellha tagħti 50 miljun lira sterlina lil Malta bl-ewwel 18,8 miljun fl-ewwel tlett snin. Tlett kwarti tal-flus fl-ewwel 3 snin kellhom ikunu għotja u l-bqija self. Wara 5 snin il-Gvernijiet kellhom jerġgħu jiftiehmu dwar il-proporzjonijiet. Ma’ dawn il-Gvern Ingliz kellu jagħti miljun għat-tiswija tal-monumenti u jkompli jissussidja l-emigrazzjoni. Fil-fatt matul l-1964 il-Gvern Ingliż issensja 1,340 ħaddiem filwaqt li bejn 1964 u 1965 emigraw madawr 17,060 persuna. Ma’ dan il-ftehim l-Ngliżi rabtu lill Malta b’dawn il-kondizzjonijiet:
llum il-ġurnata ma ma nistax nifhem kif Malta ġiet deskritta bħala indipendenti meta l-pajjiż kien ikkontrollat minn forza militari Ngliża

- Malta, minkejja li kienet issa indipendenti, baqgħet parti mill-Commonwealth u kienet tagħraf lir-Reġina tal-Ingilterra bħala l-mexxeja tal-istat.
- L-Ingliżi żammew taħt il-kontroll tagħhom ċerti setturi u partijiet ta' Malta.
- Il-forzi Nglizi mhux biss kellhom id-dritt jibqgħu Malta wara l-indipendenza, imma ħafna postijiet f’Malta, fosthom l-ajruport u l-port, baqgħu taħt il-kontroll tal-forzi Ngliżi.
- F’kaz ta’ gwerra, il-forzi militari Nglizi kellhom id-dritt li jagħmlu użu sħiħ minn Malta bħal ma sar fl-aħħar gwerra dinjija.
- Il-gvern Ingliż intrabat li jgħin lill-gvern Malti finanzjarjament biex titħaffef l-emigrazzjoni minn Malta.
- L-awtoritajiet Inglizi jkollhom dritt jistallaw u joperaw minghajr tfixkil f'Malta is-sistemi ta' telekomunikazzjonijiet li jezistu u ohrajn godda u juzaw frekwenzi tar-radju li jidhrilhom mehtiega.
- Jaghti d-dritt lill-Gvern Ingliz li dan, fil-paci u fil-gwerra jistazzjona f'Malta forzi armati ghad-difiza flimkien, u jghin nazzjonijiet ohra biex izommu l-indipendenza u stabilita taghhom.
- Il-Gvern Ingliz ghandu d-dritt li jghaddi l-vapuri tas-servizz tar-Renju Unit u juza l-ibhra territorjali Maltin, jidhol u jghaddi mill-portijiet, tarznari, u li jiehuminn Malta ilma u provizjon.
- II-Gvern tar-Renju Unit ikollu d-dritt li jtajjar l-ajruplani militari tieghu fl-ispazju ta' l-ajru ta' Malta u li juza l-ajruporti ta' Hal Luqa u Hal Far.. , ajruplani militari tar-Renju Unit jistghu juzaw kull ajruport civili gdid li jista' jinbena f'Malta.
- L-awtoritajiet Inglizi ghandhom jibqghu jaghmlu uzu mir-range ta' l-isparar fuq Filfla u postijiet ohra kif jigu miftehma u mill-area tal-mini tal-Mellieha. Jekk l-awtoritajiet Inglizi jitolbuhom, l-awtoritajiet Maltin ghandhom jirrangawlhom biex ikollhom
- L-awtoritajiet Inglizi, bi hlas nominali, jibqghu jzommu l-artijiet kollha li kellhom f'idejhom qabel l-Indipendenza.
- L-artijiet uzati mill-awtoritajiet Inglizi ma jistghux jittiehdu jew jigu esproprijati.L-awtoritajiet Maltin ghandhom jaghtu facilitajiet lil nies Inglizi u kuntratturi (inkluz staff specjalizzat li mhumiex cittadini ta' Malta) liberta li jidhlu u johorguminn Malta, u liberta ta' moviment f'Malta. Nies Inglizi u kuntratturi jkunu ezenti mill-htiega ta' passaport jew visa u jkun hemm arrangamenti specjali fl-ajruporti u portijiet biex dawn in-nies u l-proprjeta personali taghhom tghaddi malajr.
- F’Malta ġie mwaqqaf il-kwartieri generali tan-NATO għar-regjun tal-Mediterran li Malta lanqas biss ġiet aċċettata membru jew saħansitra osservatur.