Introduzzjoni

Kienet ilha tberran f’moħħi sabiex noħloq Blog, fejn individwu jippreżenta attivitajiet, ħsibijiet, jew it-twemmin. Barra minn hekk, ħafna ‘blogs’ jipprovdi forum li jippermetti viżitaturi sabiex iħallu l-kummenti u jinteraġixxu ma 'l-pubblikatur.

Għall-ewwel kont naqra xettiku, għax meta ħloqt sit dwar il-bijografiji ta’ nies Maltin magħrufa, ftit li xejn, jew kważi  ħadd ma żaru dan s-sit

Imma bħal ma għid il-Malti, ma ridtx naqta’ qabli, u tħajjart biex ngħamel blog.

Meta ġejt għall-isem tiegħu ridt inkun ftit differenti. Għalkemm sej nibda nikteb bil-Malti, l-isem ridtu b’lingwa oħra. U x’hemm isbaħ mill-lingwa Latina. Staqsejt lil wieħed li naf li jaf bil-Latin u għidtu li xewtqi hi li nsemmiħ  ‘Ħsiebijiet Dwar...’ u hekk ħa l-isem ta’ ‘Cogitationes Mei De’

Mill-ewwel lagħatni l-isem u hekk bdejt biex nikteb xi ħaġa dwar l-introduzzjoni ta’ kif beda l-isem tal-blog.

Ridt jkun liberu fuq xiex sej nikteb. Ma’ ridtx jiġrili bħas-sit u ħadd ma żżuru. Bejni u bejn ruħi għidt issa nibda ngħamlu ‘share’ fuq il-facebook sabiex għalinqas b’hekk jarawh sħabi li huma ‘friends’ miegħi u dawn jistgħu jaqssmuh ‘Share’ ma’ sħabhom.

L-iskop tal-blog hu biex nieħu gost nikteb xi ħaġa fuq dak li jiġi f’moħħi dak il-ħin. Minn naħa l-oħra jkun nista nuru w nesprimi l-oppinjoni tiegħi fi ġrajjiet lokali jew barranin.

Nirringrazzjak talli dħalt f’din il-blog u nispera li nerġa narak.

Tislijiet

L-Administratur.

Ilum 9 ta’ Settembru 2012