10 ta' Settembru 2012
Il-Vitorja
llum hija festa pubblika, il-festa tal-Vitorja li tfakkarna fil-ġrajjiet ta' żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin.
L-ewwel ġrajja ta' meta fl' 1565, wara iktar minn tliet xhur assedju, l-Ottomani li kienu qed jassedjaw lill-Birgu u lil-Isla kienu irtiraw u telqu minn dik ix-xaqliba tal-gżira. Anki jekk il-battalji ma kienux spiċċaw, għax kien għad fadal battalja għan-naħat ta' San Pawl il-Baħar, jista' jingħad li dan kien l-aħħar jum tal-Assedju l-Kbir, deskritt bħala fost l-iktar wieħed imdemmi fl-istorja tad-dinja u l-ikbar assedju fl-istorja ta' Malta. Jum qabel it-8 ta' Settembru, fis-7 ta' Settembru, wasal il-Gran Soccorso, l-għajnuna minn Sqallija għal Malta, li kienet daqqa ta' ħarta għat-Torok.
It-tieni assedju kien dak ta' 1943, meta l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija, u daret kontra l-Ġermanja, li preċedentament kienet alleata tagħha. Dan wassal għat-twaqqif tal-bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, u t-tmiem tal-gwerra għall-Maltin.Matul dan il-jum isiru diversi avvenimenti, minbarra l-attivitajiet li jsiru matul il-festi. L-attivitajiet jibdew ġurnata qabel b'attività kulturali li ssir f'Misraħ l-Assedju fil-Belt. Fi Triq ir-Repubbblika, issir parata mill-Forzi Armati ta' Malta li tgħaddi mit-toroq tal-Belt sakemm tasal quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann. Fil-post jingħata salut lill-Prim Ministru ta' Malta filwaqt li jindaqq l-Innu Malti. Aktar tard issir quddiesa pontifikali bil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. F'din il-ġurnata titqiegħed ukoll kuruna min-naħa tal-President ta' Malta fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir.
Wara nofsinhar issir ir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir. Fiha jieħdu sehem id-dgħajjes ta' Bormla, Birgu, Isla, Marsa, Marsamxett, Kalkara u dawk ta’ Birżebbuġa.
F’Malta tiġi ċċelebrata l-festa ta Maria Bambina, fin-Naxxar, l-Isla u l-Mellieħa, filwaqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fix-Xagħra.